Blogs of Malta

bloggers and readers of the maltese blogosphere

Qeghdin sew f'dal-pajjiz. Ghandna regim imexxi b'maggoranza relativa u minoranza elettorali fil-pajjiz. Kellna lil Joe Saliba jobzoqha li sakemm ikun hemm xibka ta' nies imqeghdin f'postijiet strategici li jistghu jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika jibqghu imexxu lil dan il-pajjiz. Ghandek lil dan l-istess joe saliba li jiftahar li l-means justifies the end, li l-operetta ta' JPO ghamilha , anke jekk forsi wkoll kien jaf li JPO ma kienx qed jghid il-verita' kollha u dan ghamlu ghax ried jaccerta ruhu li l-Partit tieghu jirbah l-elezzjonijiet. Nirbah akkost ta' kollox. Dik politika nadifa!!! Tarax. Ghandek 100 jum ta honeymoon li diga bdew juru l-vera wicc tal-gonzipn fil-bahar jaqsam ta' bejn il-kampanja elettorali u dak li beda jwettaq wara : hatriet politici, PFP minghajr konsultazzjoni ta' xejn, offerta bazwija lill-Oppozizzjoni bil-kundizzjonijiet tieghu stess, irtirata fuq ghadd ta' weghdiet pre-elettorali,... U fuq in-naha l-ohra partit jitqatlu bis-skieken, kulhadd ifittex l-interessi stretti tieghu innifsu, kulhadd b'agendi individwalisti, klikek u ntricci. Miskin pajjizna f'liema qaghda mwieghra jinsab. Hawn xi hadd jghaddilu dubju li l-poplu sovran... staqsi lil Louis Galea kif ma telax minn zewg distretti u nhatar speaker tal-kamra. Dan il-pajjiz marid, u marid sew u ma jidhirx li hemm duwa tajba ghalih almenu sa fejn tehodna l-vista t'ghajnejna ma jidhirx li hemm medicina ghal dan il-mard li hakem lil pajjizna. Sadanittant, il-poplu jkompli jinhakem mill-bruda tal-abzetttizmi. Dan irrifletta ruhu sew fir-rizultat elettorali . Poplu li tilef ruhu ghax ra sa xiber imniehru, ghax thabbeb mal-ghassiesa tal-poter. Partit li jibqa' jitla' fil-gvern jista' jkun qed jaghmel dan mertu tieghu, mertu tal-opponenti dghajfa tieghu jekk mhux ukoll ghax ikun irnexxielu ma jirfisx bizzejjed il-kallijiet li hemm bzonn jintrifsu. Minhabba f'dan l-evazjoni tat-taxxa hija l-ordni tal-gurnata, gvern jibqa' indifferenti quddiem problemi kbar li qed nindifnu tahthom fosthom djar jittewbu vojta ghal snin shah, nuqqas ta' art agrikola, bahar imnigges bil-yacht marinas u poplu kompjacenti li jaccetta kollox minghajr ma qatt jikkunsidra li jerfa' rasu u jinghaqad f'forma ta' solidarjeta kollettiva. Il-kelma solidarjeta ntuzat fl-imghoddi bhala gimmick elettorali izda baqghet ma gietx indukrata u mrawma biex tixxettel fost il-poplu. Minflok inzerghu ir-reghba, l-egoizmu, l-indifferenza... basta darba fis-sena ntellghu farsa ta' solidarjeta finta bl-isem ta' Strina u l-premijiet ma jiqfux. Dan poplu li jhobb joghxa, jixxala u jiddeverti MTV island, notte bianca basta l-aljenazzjoni. Jehtieg li l-poplu jinsa, jew ahjar ma jistenbahx ghar-realta finta li qed jghereq fiha l-lum.

Share 

Add a Comment

You need to be a member of Blogs of Malta to add comments!

Join this social network

About

Badge

Loading…

© 2009   Created by Jacques René Zammit on Ning.   Create Your Own Social Network

Badges  |  Report an Issue  |  Privacy  |  Terms of Service